Siġġu vojt fil-karozza tal-Iscuderia Ferrari tal-Formula 1 mhux xi ħaġa li tara ta’ kuljum.
Madankollu t-Tlieta filgħodu d-dinja tal-Formula 1 qamet għall-aħbar li Sebastian Vettel mhux ser iġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim prestiġjuż f’Maranello hekk kif jiskadilu l-kuntratt fi tmiem dan l-istaġun.
Aħbar li għalkemm wieħed seta’ jifhem ir-raġunijiet warajha, żgur li ma stennewiex daqsekk malajr.
Dwar dan One News tkellem mal-ġurnalist sportiv u espert fil-qasam tal-Formula 1 is-Sur Pierre Vella hekk kif spjegalna r-raġunjiet li setgħu wasslu għal tmiem din l-avventura ta’ 6 snin ta’ Vettel mal-Ferrari.
Is-Sur Vella spejaga: “Eżatt kif spiċċat il-qualifying id-drivers kienu kollha madwar Charles Leclerc. Kif tfattxa Sebastian Vettel ma kien hemm ħadd. Għidt mela isma diġá mentalment qed jidher.”
Sostna wkoll li l-preżenza ta’ Charles Leclerc: “Is-sena li għaddiet kien hemm naqa ta’ nkunu bdew tajjeb ħafna mbagħad kien hemm perjodu fin-nofs tal-kampjonat fejn Leclerc issupera lil kulħadd.”
ONE News staqsa wkoll min mistenni jimla s-siġġu vojt fil-karozza tal-Ferrari għall-istaġun li jmiss.
Is-Sur Vella sostna: “Xi ftit jew wisq illum kulħadd qam iħares lejn il-gazzetta biex jara x’ħa jiġri imma umbagħad realistikament jekk il-Ferrari għandhom diġà first driver b’Leclerc jiena qed inħares lejn driver li mhuwiex daqsekk kbir, mhuwiex daqsekk żgħir li jista’ jissaportjawh. Ma tagħmilx sens li jiena inġib driver li qatt ma saq fil-Formula 1. Jiġifieri xi ftit jew wisq hemmhek k l-odds qegħdin fuq Ricciardo u Carlos Sainz.”
Sebastian Vettel beda l-karriera tiegħu fil-Formula 1 fl-2006 bħala t-tielet sewwieq tal-BMW Sauber.
Sena wara ngħaqad mat-tim ta’ Toro Rosso u fl-2009 ħa post David Coulthard mat-tim tar-Redbull.
Mill-2009 sal-2014 huwa rnexxielu rebaħ erba’ kampjonati tal-Formula1.