Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, Marlon Zarb ta’ 33 sena weħel seba’ xhur ħabs wara li kien akkużat fuq diversi akkużi li seħħew għaxar snin ilu fejn fost oħrajn kiser il-paċi pubblika billi għamel storbju, gara ġebel lejn raġel u ħebb għalih fil-Gżira.
Barra dan kien akkużat ukoll li saq bi traskuraġni waqt li kellu liċenzja skwalifikata, pparkja bl-addoċċ, daħal fi triq one way u saq fuq dawl aħmar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet skwalifikata għall-perjodu ta’ xahar.