Seba’ uffiċjali tal-Pulizija Amerikani ġew sospiżi b’rabta mal-mewt ta’ raġel ta’ karnaġġjon skur li faga waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija.
Il-vittma huwa Daniel Prude, raġel li kellu kundizzjonijiet tas-saħħa mentali, li miet waqt li l-Pulizija kienu qed iżommuh.
Waqt li ħabbret is-sospensjoni, is-Sindku ta’ Rochester, Lovely Warren, qalet li kien ir-razziżmu li wassal għall-mewt tar-raġel.
L-inċident seħħ f’Marzu, imma kien biss issa li l-każ ġie rrappurtat.
Prude miet xahrejn qabel il-każ ta’ George Floyd, li qajjem protesti nazzjonali u internazzjonali kontra r-razziżmu u l-brutalità tal-Pulizija.