Minn tal-inqas, seba’ studenti kienu vittmi ta’ attakk b’sikkina barra ta’ skola fit-Tramuntana taċ-Ċina.
Jidher li kien raġel li attakka dsatax-il student qrib din l-iskola sekondarja, hekk kif l-istudenti kienu fi triqithom lura lejn id-dar.
Filwaqt li s-suspettat ġie arrestat, it-tfal midruba qed jingħataw il-kura meħtieġa.
Iċ-Ċina kellha għadd ta’ attakki fatali bis-sikkina fl-aħħar snin, fosthom fi Frar li għadda hekk kif mara nqatlet u tnax oħra ndarbu wara attakk simili fi stabbiliment tax-xiri f’Beijing.