Traffikant tad-droga weħel seba’ snin u nofs ħabs u kien immultat is-somma ta’ €23,000 wara li wieġeb ħati.
Il-każ imur lura għall-2013 meta n-Niġerjan li dak iż-żmien kellu 22 sena u kien jgħix il-Gżira, kien akkużat b’pussess ta’ droga eroina u affarijiet oħra biex iħallat mal-eroina.Ir-raġel kien akkużat ukoll li għamel użu ta’ passaport falz u li saq karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħasset li sentenza t’għomor il-ħabs mhux adattata u għalhekk kien ikkundannat seba’ snin u nofs.