Kien propju l-20 ta’ Awwissu ta’ seba’ snin ilu li Malta bkiet it-telfa tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff.
Dom Mintoff twieled f’Bormla fl-1916.
Ta’ 23 sena nħatar bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista u ta’ 33 sena sar mexxej tal-Partit Laburista mill-1949 sa 1984.
Ta’ 39 sena kien elett għall-ewwel darba bħala Prim Ministru ta’ Malta, kariga li okkupa għal 16-il sena fis-snin ħamsin, sebgħin u tmenin.
Huwa ikkontsta 13-il elezzjoni ġenerali fuq medda ta’ ħamsin sena.
Il-Perit ingħata l-aħħar tislima fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann quddiem mijiet ta’ ċittadini Maltin li hu tant għen.