Niġerjan li traffika madwar 588 gramma kokaina lejn Malta minn Brussel, tlett snin ilu, kien ikkundanat seba’ snin ħabs.
Meta ġie arrestat lura lejn Awwissu tal-2013 instab li huwa kien belgħa xejn inqas minn 46 kapsula ta’ droga propju qabel ma telaq b’titjijra minn Brussel Id-droga kellha tingħata lil individwu f’pajjiżna malli jasal,iżda biex jagħmel dan huwa kellhu jirċievi aktar istruzzjonijiet propju kif jasal Malta.
Il-Qorti spjegat kif l-akkużat kellhu jitħallas sitta u tlettin euro għal kull kapsula li belgħa .L-istess kapsuli instabu fi sistema diġestiva tiegħu wara li sarlu x-ray. L-akkużat ingħata seba’ snin ħabs u multa ta’ €5000 li jekk ma titħallasx sa’ ħmistax il-ġurnata, tiżdied mas-sentenza tal-ħabs.