Timothy Agius ta’ 32 sena minn Santa Venera ġie kkundannat seba’ snin ħabs u multa t’€10,000, hekk kif ġuri li ntemm, sabu ħati ta’ traffikar ta’ droga.
Huwa nstab ħati bi tmien voti kontra wieħed.
Agius ittella’ l-Qorti fuq dan il-każ fl-elfejn u ħmistax, hekk kif f’karozza nstabu kilo kannabis u għaxar grammi kokaina fil-Ħamrun minn Pulizija waqt rejd mil l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kkummentat li l-Qorti trid li tagħti messaġġ lit-traffikanti tad-droga, li dawn iridu jħallsu għal għemilhom u għall-ħsara li jagħmlu lis-soċjetà.
Il-Qorti ordnat ukoll li l-oġġetti kollha relatati mar-reat jiġu konfiskati u ordnat ukoll li d-droga tiġi meqruda.