Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ta’ sebgħa snin ħabs fil-konfront ta’ mara li nstabet ħatja li abbużat sesswalment li t-tifel ta’ bintha meta kellu biss disa’ snin. Il-każ seħħ disa’ snin ilu.
Fil-qorti ngħad li t-tifel kien qiegħed jiġi abbużat ukoll minn zijuh.
L-abbuż inkixef meta t-tifel ipprova jbus u jmiss lis-sieħba ta’ missieru li huwa Libjan. Kien hawn li t-tifel qal lil missieru x’kien qed jagħmillu zijuh u nanntu.
Fil-qorti ngħad li kien zijuh li beda juruh films pornografiċi u jistuprah. Ingħad li t-tifel pprova jagħmel dawn l-atti fuq nanntu. Żied jingħad li għall-bidu l-mara mbuttatu u ċanfritu, iżda ma waqfitux meta reġa’ pprova.
Ingħad li l-abbuż seħħ aktar minn darba u f’diversi postijiet fosthom fil-kamra tal-banju, fil-kamra tas-sodda u kien hemm każijiet meta kienet in-nanna li bdiet l-atti sesswali.
Il-qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera semgħet kif it-tifel tant ma setax jikkontrolla l-ġibdiet sesswali tiegħu li ma setax jorqod mal-lejl u kellu jingħata l-mediċina. It-tifel kellu jitpoġġa f’istitut.
Il-Qorti qieset li t-tifel kien qed jgħid il-verità wara li xehed li kien iweġġa’ ma’ zijuh li ammetta l-abbuż u jieħu pjaċir man-nanna.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-Imħallef ikkonfermat is-sentenza ta’ seba’ snin ħabs u ordnat li l-mara tinżamm fis-sezzjoni forensika tal-Isptar Monte Carmeli. Il-qorti odrnat ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq it-tifel għal tliet snin.