Il-Malta Blackball Federation organizzat b’suċċess it-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tal-blackblal li se ssir f’pajjiżna f’Novembru li ġej fejn ħarġu seba’ rebbieħa li eventwalment għamluha wkoll għal mat-tim nazzjonali Malti.
Fil-finali tal-irġiel Mevrick Zammit rebaħ it-taqtiegħa kontra Scott Muscat bl-iskor finali jkun dak ta’ 10-8. Mill-banda l-oħra, fil-finali ta’ taħt it-23 sena Liam Mifsud ma sabha xejn faċli biex għeleb lil Casdy Vella 9-7.
Clayton Castaldi kompla bil-mument pożittiv tiegħu wara li ddomina l-konfront tiegħu kontra Clint Azzopardi u rebaħlu 10-2 fil-finali tas-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena.
Fil-Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Brian Grech kiseb rebħa tajba ta’ 9-4 kontra Chris Mills. Iro Vella għeleb lil Gaetano Camilleri 8-7 fil-finali ta’ ‘l fuq minn 60 sena f’logħba li rriżultat ferm bilanċjata.
Fil-finali tal-Juniors, Chaylon Castaldi għeleb lil Steven Muscat 9-4 filwaqt li Donna Bugeja ħarġet rebbieħa fuq Alexia Cassano 8-3 fil-finali tan-nisa.
Sadanittant fi ftit tal-jiem oħra jibda t-tielet tournament ta’ kwalifikazzjoni sabiex jiġu determinati aktar plejers li se jintgħażlu għal mat-tim nazzjonali Malti tal-blackball.