Seba’ membri tan-Navy Amerikana ġew irrapportati nieqsa wara li vapur militari USS Fitzgerald ħabat mal-ACX Crystal li huwa vapur tal-merkanzija li huwa ikbar.
Fil-fatt il-vapur li huwa rreġġistrat fil-Filippini huwa tliet darbiet itqal mill-vapur militari. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 fil-Ġappun.
Huwa mifhum li l-ACX Crystal kien għamel U-turn ftit qabel ma seħħet din il-ħabta. Il-vapur tal-merkanzija baqa’ daħal fil-ġenb tal-vapur militari.
Vapur li kawża ta’ din il-ħabta ġarrab numru kbir ta’ ħsarat. Ebda persuna abbord il-vapur merkantili ma’ weġġa’, iżda fuq il-vapur militari weġġgħu xi nies.