Bomba suwiċida f’karozza splodiet ħdejn il-Palazz Presidenzjali fil-kapitali tas-Somalja, Mogadishu.
Din il-bomba qatlet minn tal-inqas seba’ persuni.
Il-grupp Iżlamist Al-Shabab refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.
Fil-mira tal-attakk kien hemm konvoj li kien sejjer fid-direzzjoni tal-Palazz Presidenzjali iżda l-bomba ħadet fil-mument li l-Pulizija kienet qed twettaq spezzjonijiet ta’ sigurtà.