Minn tal-anqas seba’ persuni nqatlu u aktar minn ħamsin indarbu wara attakk b’bomba fuq skola tar-reliġjon fil-belt ta’ Peshawar fil-Pakistan.
Minn investigazzjonijiet li saru s’issa jidher li l-etajiet tal-vittmi, li huma lkoll irġiel, ivarjaw bejn l-20 u t-30 sena. Jidher ukoll li persuni taħt l-età ta’ 13-il sena huma fost dawk midruba.
L-attakk allegatament seħħ waqt klassi tal-Koran meta mijiet ta’ studenti kienu fuq il-post.
Ir-raġuni għadha mhux magħrufa.