Seba’ persuni, fosthom tlett itfal, inqatlu wara attakki mir-Russja, fil-belt Ukrena ta’ Lviv.
L-attakk seħħ tul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost dawk li sfortunatament inqatlu hemm tarbija u żewġt ibniet ta’ disa’ snin.
Is-Sindku ta’ din il-belt, Andriy Sadovy, qal li hemm numru ieħor ta’ persuni li ndarbu f’dan l-attakk u aktar minn ħamsin binja ġġarfu fil-qalba ta’ din il-belt. Fost dawn il-binjiet hemm djar, skejjel u anki kliniċi.
