Seba’ persuni ġew arrestati, b’tnejn minnhom instab li kienu qed jaħdmu Malta b’mod illegali, waqt spezzjonijiet tat-traffiku.
Dawn l-ispezzjonijiet qed isiru b’ħidma konġunta mal-Korp tal-Pulizija, Identità, Jobsplus, Servizzi tad-Detenzjoni u Transport Malta.
Dawn il-persuni twaqqfu waqt spezzjonijiet tat-traffiku li bħalissa qed isiru f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom l-Iklin.
F’dawn l-ispezzjonijiet twaqqfu wkoll persuni oħra b’rabta ma kontravenzjonijiet tat-traffiku fost oħrajn li nstab li ma kellhomx iċ-ċinturin tas-sigurtà.
NOTA: B’rabta mar-ritratt ippubblikat mal-istorja, fejn wieħed mill-arrestati jidher liebes flokk b’reklam, il-kumpanija Taljana Interni Italia S.r.l. tenniet li r-raġel ma kienx impjegat tagħha u, fl-imgħoddi, qassmet għadd ta’ t-shirts simili bħala promozzjoni.