Seba’ miljun ewro se jkunu allokati għal tliet proġetti li tħabbru dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Proġett minnhom se jkun ċentru ta’ integrazzjoni fil-Marsa, ieħor li se jkun qed jara investiment f’44 laboratorju fi 11-il skola madwar Malta u Għawdex, u l-proġett l-ieħor se jiffoka fuq ħidma m’entitajiet għal persuni b’diżabiltà.
Il-proġetti tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn is-Segretarju Parlamentari qal li se jolqtu setturi importanti fil-ħajja. Fi żmien qasir, il-Ministeri mistennija jibdew jimplimentaw dawn il-proġetti.