F’din l-aħħar ġimgħa kien hemm biss seba’ każijiet, bejn residenti u ħaddiema fid-djar tal-anzjani.
Dan intqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci waqt il-bullettin mediku ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.
Qalet kif l-anzjani li jkunu tlaqqmu u jaqbadhom il-virus jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba.
Il-Professur Charmaine Gauci qalet li dan juri li l-vaċċin qed jaħdem b’mod tajjeb u l-programm ta’ tilqim għaddej b’ritmu mgħaġġel.
Fil-fatt fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ngħataw kważi sitt elef doża tal-vaċċin għall-Covid-19.