Minn tal-inqas seba’ persuni mietu u oħrajn indarbu wara li ferrovija ħabtet fl-Ungerija.
Il-Pulizija Ungeriża qalet li l-inċident seħħ wara li vann daħal fil-binarji tal-ferrovija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fil-jum tat-Tlieta mal-mija u erbgħin kilometru ’l bogħod mill-kapitali Ungeriża, Budapest.
Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll li s-sewwieq tal-ferrovija kellu s-sinjal aħmar sabiex jieqaf.
Fuq il-ferrovija kien hemm tnejn u għoxrin passiġġier.