F’dawn l-aħħar xhur kien hemm tnaqqis sostanzjali fil-lista ta’ stennija fis-servizzi psikoloġiċi li jingħataw it-tfal.
Illum il-ġurnata, il-lista ta’ stennija għas-servizz taċ-child development Assessment Unit hija ta’ seba’ ġimgħat.
Dan meta fl-2013 il-lista ta’ stennija kienet ta’ 18-il xahar.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li din hija parti mill-ħidma tal-Gvern li jikkontrolla l-listi ta’ stennija.
Il-Gvern irnexxilu jnaqqas il-listi ta’ stennija minkejja li fl-2015 ġew assessjati 3,164 każ ġdid.
Iċ-child development assessment unit joffri servizzi mediċi, fosthom servizzi ta’ psikologu u ta’ terapisti oħra. Kazijiet li jitrattaw tfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn sena u 16-il sena.
Għaldaqstant b’lista ta’ stennija iżgħar, aktar tfal jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi li joffri l-Gvern minflok jagħmlu użu ta’ dawk fil-privat.