Seba’ persuni kienu arrestati wara l-attakki f’Westminster. Mijiet ta’ uffiċjali ħadmu tul il-lejl, iwettqu tfittxijiet f’sitt inidirizzi.
Dawk li mietu kienu mara li kellha madwar erbgħin sena, raġel li kellu madwar ħamsin sena, il-Pulizija Keith Palmer u l-aggressur.
Seba’ minn dawk il-midruba għadhom f’kundizzjoni kritika u 29 kellhom u għad għandhom bżonn il-kura.
Intant il-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Tobias Ellwood, li jidher fir-ritratt, qed jissejjaħ eroj, wara ritratti li ħarġu tiegħu jagħti l-ewwel għajnuna lill-Pulizija Keith Palmer, wieħed minn dawk li mietu waqt l-attakk f’Londra. PC Palmer kien attakkat b’daqqiet ta’ sikkina mill-aggressur, li spiċċa miet b’tiri sparati minn Pulizija oħra.
Ellwood, mill-kamp tal-konservattivi u eks uffiċjal fl-armata, tah l-ewwel għajnuna u saħansitra tah in-nifs.
Ħu Ellwood inzerta miet f’attakk terroristiku li kien seħħ f’Bali fl-2002. Kien biss wieħed minn ħafna li marru biex jgħinu lil dawk midurba u lil dawk li spiċċaw tilfu ħajjithom.