Sean ‘Diddy’ Combs, meqjus bħala wieħed mill-aktar rappers famużi madwar id-dinja se jgħaddi ġuri fil-5 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla. Fost oħrajn huwa se jkun akkużat b’abbużi sesswali u li kien involut f’ċirku ta’ attivitajiet kriminali.
Fis-seduta tal-qorti Puff Diddy kien liebes uniformi tal-ħabs beige mkemmxa. Huwa poġġa bilqiegħda ħdejn l-avukati tiegħu waqt li l-imħallef iddiskuta l-impożizzjoni ta’ ordni ta’ stupru li żżomm lill-avukati jew lill-prosekuturi milli jiddiskutu l-każ pubblikament jew mal-midja.
Membri tal-familja Combs kienu preżenti fl-awla. Ir-rapper qal “Inħobbkom” lin-nies preżenti fl-awla fejn kien hemm t-tliet ibniet tiegħu, tliet uliedu subien u ommu. Huwa wkoll ripetutament poġġa idu ma’ qalbu u għamel sinjal ta’ talb.
Minbarra l-każ kriminali, is-Sur Combs qed jiġi mfittex minn għexieren ta’ persuni li akkużawh b’attakk sesswali, stupru u sfruttament sesswali.
Is-Sur Combs wieġeb mhux ħati fil-proċess kriminali u l-avukati tar-rapper ripetutament sostnew l-innoċenza tiegħu, u sejħu l- allegazzjonijiet kontrih bħala foloz u malafamanti.