“Have a break, have a KitKat”
Sentenza li min ħareġ biha verament messu jkun kburi, għax irnexxilha tinfiltra bl-imħuħ ta’ ħafna. Iżda l-break jaf jibda jiġik għoli.
Il-kumpanija Nestle, li tagħmel il-KitKat, qalet li l-prezzijiet tan-Nescafe, KitKat u prodotti oħra popolarissimi aktarx jogħlew. Dan minħabba l-valur tal-lira sterlina.
Il-kumpaniija Żvediża qalet li jekk il-prezz tal-lira sterlina tkompli nieżla, mhux se jkollha triq oħra. Paul Buckle, kap eżekuttiv ta’ Nestle, qal li l-problemi bil-lira Ingliża jfissru pressjoni kbira fuq il-kumpanija. Madankollu qed isir minn kollox biex din iż-żieda ma tkunx riflessa fuq il-prezz tal-konsumatur. Il-kumpanija lbieraħ rreġistrat l-iktar tkabbir dgħajjef f’aktar minn għaxar snin. Naqqset il-miri tagħha għal din is-sena, filwaqt li qalet li swieq Ewropej qed isiru aktar diffiċli.