Il-mudella ta’ 24 sena, Alexia Tabone, minn Ħal Tarxien, ħalliet pajjiżna lejn il-Filippini fejn se tirrappreżenta lil pajjiżna fil-konkors Mrs Earth 2019.
Mrs Earth huwa konkors annwali ta’ sbuħija b’tema ambjentali, bir-rebbieħa mbagħad tkun il-kelliema għall-Fondazzjoni Miss Earth u organizzazzjonijiet ambjentali oħra.
ONE News tkellem ma’ Tabone fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn stqarret magħna li hijwa vera eċċitata biex tirrappreżenta lil pajjżna barra minn xtutna.
Hija stqarret li“Ovvjament looking foward ħafna u eċċitata. Ilni ħafna naħdem għallija din l-esperjenza u issa fl-aħħar waslet allura ovvjament għandi ħafna friefet fl-istonku”.
Din mhux l-ewwel esperjenza f’kompetizzjoni tal-isbuħija, iżda din hija l-ikbar u l-iktar waħda importanti għal din iż-żagħżugħa Maltija.
Alexia, li hija infermiera fl-isptar Mater Dei, qaltilna li se taħdem għal aktar ħarsien tal-ambjent.
Tabone tenniet tgħid li “Ħa nieħu s’hemm Mrs Earth. Mrs Earth hija kompettizjoni fejn nippromovu l-ambjent ta’ madwarna. Jiena naħdem bħala nurse allura l-advocacy tiegħi hija biex l-isptarijiet tagħna jiġu aktar eco-friendly”.