Dawk li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-25 ta’ Mejju, id-data uffiċjali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali, qed jintalbu jmorru jieħdu l-ġurament stipulat fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxat, jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament stipulat.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-ġurament se jkun jista’ jittieħed mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am sas-1.30pm, u bejn it-3.00pm sas-7.00pm, jew Sibtijiet u Ħdud bejn it-8.00am u nofsinhar.
Wieħed għandu dejjem jippreżenta l-karta tal-identità qabel il-ġurament, u għandu japplika għalih sa nofsinhar tas-17 ta’ Mejju li ġej. Dawn imbagħad se jkunu jistgħu jivvutaw fit-18 ta’ Mejju fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, jew fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.