Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat, waqt riċeviment annwali għall-mezzi tax-xandir li saret ftit tal-ħin ilu.
Il-Prim Ministru qal li t-tmexxija tal-pajjiż tinsabu eċitata għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; esperjenza ġdida għall-pajjiżna.
“Fl-istess ħin iżda ninsabu diterminati li nibqgħu saqajna mal-art u nżommu l-impenji tagħna man-nies” sostna l-Prim Ministru. Żied jgħid li “se nibqgħu nagħmlu differenza f’ħajjet in-nies u se nkunu Gvern ta’ bidla għal impenn ġdid u riżultati konkreti”.
Osserva li kieku ma saritx riforma fil-qasam tal-enerġija, kieku numru ta’ familji ma jistgħux isaħħnu d-djar tagħhom f’dawn il-jiem ta’ kesħa. Temm jgħid “se nibqgħu nuru iktar umiltà u nibqgħu qrib ir-realtajiet ta’ kuljum u ngħidu l-affarijiet b’mod apert. M’aħniex perfett imma dejjem lesti li nieħdu deċiżjonijiet.”