Ajruplan ġdid tal-linja nazzjonali ta’ Malta, Airmalta, se jkollu dehra ġdida. Dan wara li saret kompetizzjoni ta’ viżwali għal dan l-ajruplan il-ġdid. Kompetizzjoni ta’ suċċess hekk kif kienu bosta l-viżwali magħmula għal dan l-ajruplan. Iżda r-rebbieħ kien wieħed, u dan kien id-disinn ta’ Mitchell Dill mill-Istati Uniti.
L-ajruplan se jkollu fuqu gallariji tradizzjonali Maltin. Gallariji li l-kuluri tagħhom huma propju l-erba’ kuluri ikoniċi mal-Airmalta; blue, isfar, aħmar u aħdar. Għalhekk, issa jmiss li dan id-disinn jiġi simplifikat biex l-inġiniera tal-Airmalta jkunu jistgħu jipprintjaw dan id-disinn fuq materjal apposta biex il-viżwal jiġi trasferit fuq l-ajruplan.
Għal din il-kompetizzjoni kienu sottomessi 69 disinn artistiku, minn artisti differenti minn madwar id-dinja.