Alexandra Mamo se tkun l-ewwel mara bħala Deputat Kummissarju tal-Pulizija.
Ikkonferma dan fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.
Fis-seduta parlamentari tal-lejla, il-Ministru Camilleri feraħ lil Alexandra Mamo u spjega li fil-Korp ittieħdu deċiżjonijiet għat-trasformazzjoni tal-Korp biex dan joffri servizzi ġodda u aħjar.