“Dawn l-iżviluppi li saru fl-aħħar sena kif ukoll il-miżuri li ħabbart għas-sena li ġejja, jeħtieġu li jkun hemm promozzjoni barra minn Malta.”Qal dan il-Ministru Edward Scicluna fejn spjega kif sal-lum il-ġurnata, hawn numru ta’ fondazzjonijiet li kull waħda qed tagħmel il-promozzjoni tal-qasam tagħha.
Spjega li sabiex tiżdied il-promozzjoni ta’ disruptive technologies, il-Gvern se jkun qed ipoġġi taħt qafas wieħed, il-fondazzjoni li jmissu mat-teknoloġija. Għalhekk se tkun qed titwaqqaf Tech.mt li se tkun qed taqdi dan ir-rwol.