Għas-16-il sena konsekuttiva l-Kummissjoni għar-Relazzjonijiet Pubbliċi b’kollaborazzjoni ma’ Radju Leħen il-Karmelitani 101.4 FM fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria ser ittella’ l-kampanja ‘Minn Qalb iż-Żrieraq’, b’risq il-Fondazzjoni ‘Life Cycle’.
Bejn il-Ġimgħa, 20 u l-Ħadd, 22 ta’ Diċembru, il-pubbliku hu mistiedne imur f’Misraħ ir-Repubblika fiż-Żurrieq, fejn apparti li tkunu tistgħu tagħtu d-donazzjonijiet tagħkom, tkunu tistgħu tgawdu minn diversi attivitajiet.
F’din l-attività se jkun hemm:
• Bejgħ ta’ pjanti u ponsjetti
• Bejgħ ta’ ikel u ħelu tradizzjonali tal-Milied
• Kids Area
• Lotterija
• Bazaar
• Turnew tal-PlayStation
Matul din il-kampanja ser jagħtu s-sehem tagħhom ukoll diversi kantanti u żeffiena.
Is-Sibt filgħodu għall-ħabta tal-10:00 ser jkun hemm Drew għal sessjoni ta’ Zumba. Wara għall-11:00, ser ikun hemm ukoll sessjoni ta’ teħid ta’ ritratti ma’ Father Christmas. Is-Sibt filgħaxija, se jkun hemm Kunċert mill-Queen Victoria Ensemble ġewwa t-tinda u wara mużika varjata għall-gosti ta’ kulħadd ma’ Sergio Spiteri.
Il-Ħadd filgħodu fil-pjazza ser ikun hemm il-Blood Donation Unit. Ser ikun hemm ukoll stands b’diversi affarijiet għall-bejgħ. Ser issir ukoll wirja tal-klieb mill-Correctional Services Agency. Wieħed jista’ jieħu wkoll ritratti ma’ xi tajr tar-Revival of Falconry.
Il-Ħadd filgħaxija marċ mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 u tiġi ppreżentata s-somma miġbura lill-fondazzjoni ‘Life Cycle’. Wara, ir-rigali li jkunu nġabru l-Ħadd waranofsinhar, jitqassmu minn Father Christmas lit-tfal rispettivi.