Il-Pulizija se tkun qed tressaq il-Qorti persuna b’rabta mal-hold-up li saret minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè, f’Tas-Sliema.
Il-persuna se tittressaq il-Qorti għall-ħabta tal-11:00 ta’ dalgħodu.
Intant, b’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal żewġ żgħażagħ bl-isem ta’ Begtash Muka, li jiġi ħu Daniel Muka, u Ramazan Hysa.
Il-hold up seħħet fil-5 ta’ Ottubru mill-ħanut ta’ Diamonds International li jinsab f’Tigne Point, Tas-Sliema