Membru mill-familja Ġappuniża Rjali, il-Prinċipessa Mako, iddeċidiet li se tkun qed iċċedi l-istatus rjali tagħha biex tiżżewweġ lill-maħbub tagħha li hu bniedem ta’ status ordinarju.
It-tfajla li għandha biss 25 sena hi n-neputija tal-Emperatur Akihito u se tieħu l-engage ma’ ħaddiem komuni li jaħdem ma’ kumpanija tal-liġi, Kei Komuro, li wkoll għandu 25 sena. Huma ltaqgħu meta kienu qed jistudjaw flimkien.
Il-liġi tal-imperu Ġappuniż tirrikjedi li l-prinċipessa jkollha titlaq minn mal-familja rjali wara li tiżżewweġ persuna ordinarja.
Dan il-pass se jkun qed jerġa’ jagħti bidu lid-dibattitu dwar jekk għandux ikun hemm xi ħadd ieħor li jieħu post il-familja rjali, dan hekk kif l-Imperatur x’aktarx se jkun qed iċedi postu.