Il-Minsitru Scicluna waqt id-diskors tal-baġit qal kif l-introduzzjoni tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel kienet xi ħaġa pożittiva u dan se jwassal f’preparamenti sabiex jitfasslu r-rekċiżi lir-raba’ vapur għandu jkollu. Wara dan il-pass imiss il-proċess tat-tendering.
Il-Ministru Scicluna qal kif il-kumpanija Gozo Channel se tkun qed tinvesti f’sistema elettronika tal-biljetti biex timmodernizza l-operazzjoni tagħha.
Qal ukoll kif se jibqa’ għaddej ix-xogħol sabiex ikun introdott is-servizz tal-fast ferry, filwaqt li semma’ kif se jkun hemm l-installazzjoni tat-tieni optic fibre, b’dan il-proġett jinsab fi stadju avvanzat.