Is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni li waqqaf il-Gvern se tirrakkomnda d-data finali sa meta l-vetturi li jiġu impurtati f’Malta wara dakinhar, ma jkunux iniġġsu.
Dan ma jfissirx li min ikollu karozza taħdem bil-petrol jew bid-diesel ikollu jneħħiha.
Fil-preżentazzjoni tal-baġit għall-2020, il-Ministru Edwrad Scicluna qal li dan huwa parti mid-determinazzjoni tal-Gvern li jagħmel minn pajjiżna wieħed minn tal-ewwel fl-Ewropa li jagħmel il-qalba għal karozzi elettriċi.