Tħabbar titjib fl-iskwadra responsabbli minn ħbit fit-toroq. Dan bi l-għan li tonqos l-istennija tal-assistenza ta’ gwardjan lokali f’inċident tat-traffiku.
Il-Gvern investa f’taħriġ speċjalizzat għall-gwardjani kollha biex ikunu jistgħu jassistu lis-sewwieqa f’inqas minn nofs siegħa. Dawn se jkunu mgħammra b’apparat li jindika lis-sewwieqa l-oħra biex il-karozzi involuti fil-ħabta ma jdumux jostakolaw it-traffiku.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali Stefan Buontempo meta nieda dik li qed tissejjaħ “Collisions Scheme” flimkien mal-LESA, l-aġenzija responsabbli mill-gwardjani lokali.
It taqsjma tal-ħbit fit-toroq fi ħdan il-LESA investiet f’ammont ta’ karozzi ġodda li se jużaw il-gwardjani sabiex ir-riforma fis-sistema tal-gwardjani tkun implimentata bl-iktar mod effiċjenti.