Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Daniel Borg, silet il-punt tad-diġitalizzazzjoni f’Għawdex, li kien indirizzata f’dan il-Baġit.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Borg stqarr li dak li qiegħed jipproponi l-Baġit ippreżentat għas-sena d-dieħla jmur id f’id mal-miri li għandha l-istess Kamra tal-Kummerċ, dik li l-ekomomija Għawdxija ssir aktar sostenibbli.
Huwa qal li dan l-investiment fid-diġitalizzazzjoni se jkun qiegħed jattira aktar investiment barrani lejn il-gżira Għawdxija.
Huwa faħħar ukoll l-fatt li dan il-Budget kompla jibni fuq dawk preċedenti, bħalma hu l-każ fil-qasam tal-Urban Conservation Areas.