Li kieku Lawrence Gonzi sar Prim Ministru fl-2018 minflok l-2008, iż-żieda ta’ €500 fil-ġimgħa ma kienx ikun jista’ joħodha f’karta waħda.
Dan għax il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf b’mod permanenti l-produzzjoni tal-karta tal-€500 u li jħalliha barra mis-sensiela Europa. Dan wara li kkunsidra t-tħassib li din il-karta tal-flus tista’ tgħin fit-tixrid ta’ attivitajiet illeċiti. Il-ħruġ tal-karta tal-€500 se jieqaf għalkollox lejn tmiem l-2018, meta huwa maħsub li jibdew deħlin il-karti l-ġodda tal-€100 u €200 tas-sensiela Europa. Id-denominazzjonijiet l-oħra – mill-€5 sal-€200 – se jżommu posthom fis-sensiela l-ġdida.