Mara li ma rrispettatx ordni tal-Qorti li tiffirma fl-għassa tal-Pulizija se tinżamm arrestata, iżda se kun tista żżomm id-depożitu ta’ €1,500 u l-garanzija personali ta’ €5,000. Dan wara li l-Qorti sabitha ħatja li ma ffirmatx fl-għassa tal-Pulizija minn Jannar sa issa.
Tetiana Ellul ta’ 43 sena ammettiet li ttraskurat l-ordni tal-Qorti wara li ngħatat il-ħelsien mill-arrest abbażi ta’ diversi kundizzjonijiet fuq akkużi marbuta mad-droga fl-2016.
Minkejja dan, id-difiża talbet biex Ellul iżżomm id-depożitu u l-garanzija personali li ħallset.
Ellul se tinżamm arrestata, u kienet ordnata tħallas multa ta’ €1,000.