Erbiċidi li fihom il-kimika glyphosate se jkunu projbiti f’pajjiżna minn April li ġej. Dan wara li diversi studji xjenfiċi kkonfermaw għal darba oħra li l-kimika tista twassal għal kanċer fil-bnedmin.
L-Ambjentalist Alfred Baldacchino spjega kif il-glyphosate ilu snin twal jintuża bħala erbiċida f’pajjiżna.
Fakkar kif diskussjonijiet mill-Unjoni Ewropea dwar din il-kimika ilhom għaddejin minn April li għadda, propju ż-żmien fejn beda joħroġ l-ewwel studju dwar il-ħsara li jagħmel il-glyphosate.
Hawnhekk, Malta kien l-unika pajjiż li vvota kontra li l-liċenzja għad-distribuzzjoni tal-kimika tkun mġedda.