Il-lokalitá ta’ Marsaskala taf il-bidu tagħha bħala raħal tas-sajjieda u snajja relatati u għalhekk inħass il-bżonn li dan il-passat ikun rikonoxxut permezz ta’ skultura li tpoġġiet fil-promenade ta’ Wied il-Għajn.
L-arti inawgurata dalgħodu tissimbolizza ras il-ħuta, arti li nħaddmet mill-iskultur Mario Sammut. Din l-arti fi spazji pubbliċi hija riżultat ta’ proġett fi spazji Pubbliċi, skultura li ntgħażlet wara kompetizzjoni u votazzjoni mill-pubbliku.
Bħala parti minn dan il-proġett il-pubbliku se jkun jista’ japprezza aktar arti fi spazji pubbliċi hekk kif se jiġu inawgurati aktar biċċiet t’arti f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
L-għan wara dan il-proġett huwa li joħloq sinerġija bejn l-artisti u l-kommunitá, liema sinerġija tiġi eżebita f’lokalitajiet differenti. L-iskultur, Mario Sammut, kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-Ministeru għat-trasport u l-infrastruttura hekk kif sab l-għajuna meħtieġa biex ikopri l-ispejjez tal-materjal, ix-xogħol u t-trasport filwaqt li ngħata l-opportunitá li jesprimi l-arti tiegħu.