F’Malta għad m’hawnx għaqda t’għaqdiet, jew aħjar umbrella organisation immexxija kompletament minn persuni b’dizabilità, u li tirrapreżenta u titkellem f’isem in-nies b’dizabilità.
Il-KNPD issa saret CRPD u hija istituzjoni ta’ l-istat li tipprovdi servizzi, u tinforza ċertu regolamenti; waqt li bosta għaqdiet oħra jipprovdu servizzi u għajnuna imma m’humiex immexxija minn nies b’dizabilità.
Għalhekk inbdiet koalizjoni li jisimha Evviva, u li se titwaqqaf formalment is-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta.
Din il-koalizzjoni se tiġbor flimkien dawn l-għaqdiet: Amputees For Amputees, Breaking Limits, Deaf People Association, Grupp Flimkien Naslu, Muscular Dystrophy Group u Multiple Sclerosis Society.
EVVIVA huwa isem b’sinnifikat, għax kull ittra tfisser kelma: equal, valid, visible, inclusive, vocal u accessible.