Sir Paul McCartney qal li qed tintuża l-intelliġenza artifiċjali biex tinħoloq “id-diska finali tal-Beatles”.
Waqt il-programm Today tal-BBC Radio 4, McCartney qal li t-teknoloġija qed tiġi żviluppata biex toħloq il-vuċi ta’ John Lennon mill-ġdid minn demos antiki, u aktarx li dalwaqt titlesta l-kanzunetta sal-aħħar ta’ din is-sena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għalkemm ma ntqalx l-isme tal-kanzunetta, x’aktarx li se tkun kompożizzjoni ta’ Lennon stess mill-1978, bl-isem Now And Then.
Diska li diġà kienet imsemmija bħala waħda li setgħat tintuża għal “reunion” fl-1995. Now and Then kienet waħda minn diversi kanzunetti fuq cassette bl-isem “For Paul” li Lennon kien għamel ftit qabel mewtu fl-1980.