Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’parti minn Triq Diċembru 13 direzzjoni lejn il-Belt bejn illum u l-Ġimgħa 21 t’Ottubru bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt il-ħin tax-xogħol din il-parti tat-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku. It-trasport pubbliku ser jgħaddi minn Triq Aldo Moro għal Triq Diċembru 13, għas-slipway li tieħdok il-bypass tal-Marsa/Ħamrun, għas-slipway li tieħdok Triq Ħal Qormi għal Triq il-Kbira fil-Ħamrun u tkompli bir-rotta normali minn Triq Nazzjonali lejn il-Belt.