L-Enemalta ħabbret li minħabba xogħlijiet t’urġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, ser tingħalaq tingħalaq karreġġata waħda fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, magħrufa bħala Triq Reġjonali; minn ħdejn it-traffic lights ta’ Paceville fid-direzzjoni tal-mini tal-Kappara.
Ix-xogħol se jkun qed isir bejn is-6:00 tal-lejla sas-6:00 t’għada filgħodu, l-Erbgħa 4 t’Awwissu fis-6:00 ta’ filgħaxija.
L-istess karreġġata mistennija terġa’ tingħalaq għada l-Erbgħa 4 t’Awwissu biex isiru ix-xogħlijiet neċessarji fil-wiċċ tat-triq.
L-Enemalta sostniet li dawn ix-xogħolijiet huma essenzjali biex jassiguraw l-istabbiltà tal-provvista talelettriku wara ħsarat li żviluppaw f’cable taħt l-art.
Hija rringrazzjat lill-pubbliku għall-koperazzjoni tiegħu u skużat ruħha għal kull inkonvenjent.