F’Sydney l-Awstralja, liġi kontroversjali qed titqies li qerdet għal kollox il-ħajja ta’ divertiment, se tkun qed titneħħa f’Jannar li ġej.
Dawn il-liġijiet kontroversjali ġew introdotti fl-2014, wara żewġ żgħażagħ mietu wara atti vjolenti relatati mal-alkoħol.
Din il-liġi tinkludi fiha, li l-pubbliku ma jistax jidħol fi stabbilimenti tad-divertiment wara s-siegħa u nofs ta’ filgħodu, filwaqt li x-xorb jista’ jinxtara sal-10:00 ta’ filgħaxija.
Il-bidliet li ħa jsiru minn Jannar huma li tista’ tidħol fi stabbilimenti tad-divertiment wara s-1:30 ta’ filgħodu u x-xorb jista’ jinxtara sat-3:30 ta’ filgħodu.