Infrastructure Malta bdiet il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq il-Linja, f’Ħ’Attard.
Ix-xogħlijiet jinkludu l-bdil ta’ diversi meded ta’ pajpjiet tas-sistema tat-tqassim tal-ilma u ta’ servizzi oħra, bankini ġodda u t-tneħħija tal-wiċċ tat-triq eżistenti sabiex tinkesa b’saffi ta’ asfalt ġdid.
Minħabba dawn ix-xogħlijiet, li jinkludu t-tħaffir ta’ trinek għall-katusi tal-ilma, din it-triq dejqa ser tkun magħluqa miż-żewġ direzzjonijiet sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
Dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi għandhom isegwu r-rotot alternattivi mmarkati b’tabelli fit-toroq tal-inħawi. Uffiċjali tal-immaniġġjar tat-traffiku qegħdin stazzjonati fid-daħliet tat-triq sabiex jagħtu l-għajnuna meħtieġa.
Infrastructure Malta ttenni l-impenn tagħha li tkompli ttejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-trasport bit-toroq f’pajjiżna.