L-aġenzija Infrastructure Malta ħabbret li bejn għada, it-Tnejn 6 sal-Ġimgħa 10 ta’ Jannar li ġej, it-triq fi Vjal l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali se terġa’ tinbena mill-ġdid.
Dan se jwassal biex it-triq imsemmija se tkun magħluqa għat-traffiku biex isiru x-xogħlijiet neċessarji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal sabiex wieħed jippjana l-vjaġġ tiegħu minn qabel, isegwi t-tabelli u juża rotta alternattiva minn Triq l-Imdina jew mill-Wied Ta’ Ħemsija, Ħ’Attard.