Il-Gvern ħabbar li rtirat l-mozzjoni dwar il-ħatra tad-deputat Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri ressaq mozzjoni li biha rtira l-mozzjoni. Ħabbar li l-Gvern se jinnomina għal dan l-irwol lid-deputat Laburista Jean-Claude Micallef.
Sadanittant, fi stqarrija l-Gvern talab ukoll parir legali dwar il-validità ta’ kuntratt ta’ konsulenza li ngħata f’Diċembru li għadda, id-deputat Konrad Mizzi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
L-istqarrija kkwotat liIl-Prim Ministru Robert Abela jgħid li se jkompli juri li dan il-Gvern qiegħed jagħti prijorità assoluta għall-governanza ġusta biex pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jimplimenta b’mod iktar effettiv il-ħidma tiegħu barra minn Malta.