Il-Kummisjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar approvat il-permess ta’ restawr tal-Kappella ta’ Santa Katerina fir-Rabat. Din il-kappella hija magħrufa bħala Santa Katerina tad-Daħla, hu tinsab fi triq ta’ bejn Ħad-Dingli u r-Rabat.
Se jkun qed isir xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Kappella li tinkludi tindif mit-tbajja fuq il-ġebla kif ukoll ħidma biex jitranġaw ix-xquq.
Se jkunu qed isiru xogħlijiet ukoll fiż-żona madwar il-kappella, li jinkludu t-tneħħija ta’ strutturi tal-aluminju li se jiġi sostitwiti bi struttura sempliċi tal-ġebel. Se jkun qed isir pavimentar ġdid fil-madwar filwaqt li jitneħħew il-bankijiet li nsibu bħalissa biswit il-kappella u jitpoġġew bankijiet ġodda.
Dawn ix-xogħolijiet se jsiru skont metodu approvat minn esperti tar-restawr tal-Awtoritá tal-Ippjanar. Dan huwa metodu li tfassal bl-approvazzjoni tas-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali.