Nhar is-Sibt, 22 ta’ Marzu, se tkun qed isseħħ it-tieni edizzjoni tal-mixja b’risq Puttinu Cares bl-isem London Puttinu Walk 2025.
Il-mixja, li se jkun fiha tul ta’ 14-il mil, se tkun qed taqsam Londra filwaqt li se jittellgħu fondi għal Puttinu Cares.
Il-mixja se tibda nhar is-Sibt fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar minn quddiem is-sit t’akkomodazzjoni ġdid ta’ Puttinu f’Farringdon. Minn hawn, ir-rotta tkompli lejn iċ-ċentru ta’ Londra. It-tmiem tal-mixja se jkun quddiem l-akkomodazzjoni ta’ Puttinu f’Sutton għal madwar is-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.
Kulħadd hu mħeġġeġ li jattendi din il-mixja b’risq għan nobbli.