Il-Maġistrat Marse Ann Farrugia ħatret espert psikjatriku sabiex jeżamina s-saħħa mentali ta’ Salvu Dalli, il-missier li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ ibnu Antoine Dalli, f’dar f’Ħal Għaxaq.
L-Erbgħa, l-ispettur Keith Arnaud xehed kif kien hemm diversi drabi fejn l-iben hedded lil missier b’ħajtu.
“Illum noqtlok żgur”, instema’ jgħid il-vittma lejn missieru dakinhar tad-delitt fis-sebgħa t’Awwissu.
Għaldaqstant, fuq talba tad-difiża, il-Maġistrat ħatret lil Dr George Debono biex jeżamina s-saħħa mentali ta’ Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’ u biex jiġi stabilit jekk jistax jaffaċċja ġuri.